Saturday, February 14, 2026

Raġel se jitressaq il-Qorti b’rabta mal-inċident fatali fil-Qala

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 41 sena sena residenti l-Qala se jitressaq il-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech b’rabta mal-inċident fatali ta’ jumejn ilu, fejn fih miet sewwieq ta’ mutur.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħaxija fi Triq Borg Għarib fil-Qala. Minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn VW Polo misjuqa minn raġel ta’
41 sena residenti l-Qala u mutur SuperSoco misjuq mill-vittma.

Huwa minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport