Tuesday, September 16, 2025

Ingliż јitlef ħaјtu wara inċident fi Blue Lagoon

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 43 sena, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kienet qiegħed fil-Bajja ta’ Blue Lagoon, Kemmuna.

Kienu għall-ħabta tas-1:00 p.m., meta l-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza minħabba li raġel, wara li niżel minn żurżieqa ta’ katamaran għal ġol-baħar, sab ruħu f’diffikultà.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna medika mill-membri tal-ERRC u wara ttieħed lejn il-Port tal-Imġarr, Għawdex.

Hemmhekk, kien hemm tim mediku mill-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar assistenza, iżda sfortunament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit wara li wasal l-isptar.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Brigitte Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport