Tuesday, May 14, 2024

Ingliża fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:00 p.m., kienet involuta f’’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliża ta’ 37 sena residenti Ħal Għargħur kienet intlaqtet minn vettura Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 58 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Il-mara ta’ 37 sena ngħatat l-għajnuna minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Gatt li fetaħ inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport