Saturday, December 21, 2024

INĦADDRU L-QALBA TAL-IRĦULA U L-IBLIET

Aqra wkoll

Permezz ta’ diversi inizjattivi li jippromwovu il-parteċipazzjoni tan-nies fis-suq tax-xogħol, Malta qabżet il-miri Ewropej ta’ 70 fil-mija rata ta’ nies attivi biex bħalissa tgawdi minn rata rekord ta’ 75 fil-mija  ta’ nies attivi fis-settur tax-xogħol, u l-inqas rata ta’ qagħad li qatt kellna.

Barra minn hekk, inċentivi ta’ taxxi wasslu sabiex nattiraw  lejn pajjiżna investiment barrani regolari. L-istrateġija ekonomika li fassal dan il-gvern waslet sabiex għall-ewwel darba Malta tireġistra surplus.

Dan is-surplus imbagħad intuża b’suċċess biex jgħin fil-miżuri li ħa l-gvern biex jikkumbatti l-effetti ekonomiċi f’ċirkostanzi straordinarji li laqtuna fl-aħħar snin. Imma issa quddiem dan għandna mistoqsijiet u sfidi ġodda li issa qed joħorġu. Fejn se nmorru fis-snin li ġejjin?  Liema direzzjoni se naqbdu?

Nemmnu li quddiem is-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum,  wasal iż-żmien li tingħata aktar importanza fuq l-ambjent kif fil-fatt jidher li beda jsir. Nemmnu li wasal iż-żmien li nimplimenta miżuri sostenibbli li jissalvagwardjaw il-kwalità tal-ħajja.

Fil-preżentazzjoni tal-budget li sar ftit xhur ilu rajna kif Malta abbandiunat l-użu ta’  ‘single use plastik’, pass kbir lejn is-salvagwardazzjoni tal-ambjent hekk kif il-maġġoranza ta’ skart iġġenerat huwa dak minn ‘single use plastic’.

Il-pass li jmiss huwa li ninvestu fi skema ta’ fondi li toffri inċentiv finanzjaru biex sidien ta’ art verġni ma jiżvilupawhiex iżda minflok jiżirgħu pjanti u siġar.  Nemmnu li  issa irridu nsibu soluzzjonijiet sostenibbli li verament jipproteġu l-ambjent tagħna għall-futur.

Dan isir b’diskussjoni bejn kulħadd. Malta għandha bżonn tiffoka fuq żieda ta’ hubs tal-‘park and ride’, żieda fil-frekwenza tal-karozzi tal-linja u xufiera mħarrġa, żieda ta’  bike lanes siguri u studju fuq il-possibiltà li jiddaħħlu miżuri ta’ trasport alternattivi

Pajjiżna illum żgur li ma jiflaħx aktar li l-karozzi ikompu jiżdiedu bir-rata li qegħdin jiżdiedu. It-toroq tagħna anke jekk qegħdin jitwessgħu, ma jifilħux aktar żidiet ta’ karozzi. Nafu biżżejjed li llum tmur fejn tmur issib problema kbira ta’ parkeġġ.

Proġetti bħal dar li tissaqqaf triq li tagħti lejn il-mini ta’ Santa Venera hu proġett tajjeb ħafna. Spazju li llum hu mitluf vista’ jkun utli għar-residenti u nies oħra. Sitwazzjoni simili tista’ ssir ukoll fil-Marsa.

Hu tajjeb li qegħdin naraw entita bħal Project Green iżżid l-ispażji miftuħin.  Taħdem biex issib spazji ġodda li jintużaw minn nies. Nemmnu li dawn huma miżuri tajbin. Hu fatt pożittiv li aktar minn 8,000 resident se jgawdu minn media ta’ apazji ġodda ta’ kważi 3,000 metru kwadru b’għaxar minuti pass ‘lbogħod mir-residenti  f’Ħal Lija u l-Imsida. 

Nemmnu ukoll li pajjiżna għandu jagħmel ħafna aktar fejn jidħlu il-ġonna vertikali. Dan hu kunċett li għalkemm bdejnieh nemmnu li hemm bżonn nagħfsu fuqu. Fuq kollox, nemmnu li rridu naraw kif il-qalba tal-irħula u l-ibliet tagħna ikunu żoni pedonali. Żoni ħodor, biex jitgawdex minn nies u r-residenti.

Ekonomija

Sport