Sunday, January 25, 2026

“Inħares ’il quddiem għal ħafna xogħol fejjiedi”

– Jason Deguara, President tal-GWU

Aqra wkoll

Nhar l-Erbgħa nbeda proċess ta’ tiġdid fil-GWU fejn kienet vakata l-kariga ta’ President. Minn hawn insellem lil Victor Carachi li issa rtira għalkemm l-involviment tiegħu fil-GWU ma waqafx hemmhekk. Wara diskussjoni kemm mal-grupp tas-Segretarji u anke mal-Amministrazzjoni, kien hemm kunsens li nitfa’ n-nomina tiegħi għal President. Jiena, wara diskussjoni li għamilt anke mal-familja, għax din hija xi ħaġa li tolqot lili b’mod kumplessiv, iddeċidejt li nilqa’ dak l-invit,” qal il-President tal-GWU Jason Deguara.

Huwairringrazzja lid-delegati kollha tal-appoġġ kemm waqt il-proċess u anke meta l-Erbgħa li għadda unanimament kien hemm l-approvazzjoni tiegħu għall-kariga ta’ President. Stqarr li qed iħares ‘il quddiem għal ħafna xogħol fejjiedi minkejja li l-kariga ġġib magħha ħafna responsabbiltà u anke xi responsabbiltajiet ġodda li se jkunu qegħdin jitkellmu dwarhom fil-jiem li ġejjin. Żied jgħid li l-mira tagħhom tibqa’ waħda – dik li l-GWU tibqa’ l-aktar unjin b’saħħitha li hawn fil-pajjiż biex ikomplu mexjin ‘il quddiem u jkomplu jiddiskutu għall-ġid tal-ħaddiema u dak kollu li jolqot lill-ħaddiema. 

“Ħafna nies jaħsbu li x-xogħol tal-GWU u x-xogħol tal-unjins huwa biss li mmorru u nġibu ż-żidiet fil-pagi. Illum, wara 19-il sena fil-kariga ta’ Segretarju, nista’ ngħid li dak huwa wieħed mill-inqas xogħlijiet li nagħmlu aħna. 

“Hemm nuqqas ta’ għarfien, anke fost uħud mill-membri tagħna, ta’ kemm il-GWU tagħmel xogħol li ma jidhirx li forsi aħna ma niftaħrux bih biżżejjed.”

Hawnhekk semma’ li fost dawn hemm l-għajnuna legali li tagħti lill-membri b’mod individwali minflok ma wieħed imur jieħdu b’mod personali.

“Jien nemmen li hemm uħud mill-membri hemm barra ma jafux b’dawn is-servizzi u tajjeb li lill-membri nibdew nagħtuhom aktar informazzjoni fuq kull servizz li toffri l-GWU. Għandna niftaħru bis-servizzi tagħna u din hija waħda mill-miri li se jkolli barra li se nkomplu naħdmu biex il-grupp tas-Segretarji u tal-Amministrazzjoni jibqa’ magħqud kif inhu llum anzi, tikber l-għaqda biex dejjem inħarsu ‘l quddiem. Dan biex, jekk Alla jrid, fis-snin li ġejjin inkomplu anke nkabbru l-ammont ta’ membri tagħna għax finalment aħna qegħdin hawnhekk għall-membri tagħna.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport