Saturday, October 26, 2024

“Inħares ‘il quddiem li nara ħafna Ewropej jitlaqqmu ħa ntemmu l-pandemija” – Il-Professur tal-Viroloġija Roberto Buironi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għandni kif ħadt it-tilqima kontra l-Covid19.  Kuntent ħafna li ħadtha.  Din hi tilqima sigura u effiċjenti ħafna.  Inħares ‘l quddiem li nara ħafna Ewropej jitlaqqmu għax b’hekk nistgħu ntemmu din il-pandemija”. 

Dan kien il-kumment li għadda lil dan is-sit, il-Professur tal-Viroloġija Taljan, Roberto Buironi dwar it-tilqima u l-kwistjonijiet marbuta magħha, fejn waqt li hawn ħafna li jridu jeħduha, hemm oħrajn li huma xettiċi u mħassbin. 

Il-Professur Buironi, li hu professur fl-Università Vita Salute San Raffaele f’Milan jiddikjara bla tlaqliq li “l-fatt li stajt ningħata t-tilqima proprju fis-7 ta’ Jannar, tilqima sigura u effiċjenti kontra l-virus tal-Covid19, tista’ ssejħilha xi ħaġa partikolari, miraklu. Dan hu miraklu li qed tagħmlu x-xjenza. Issa m’għandux ikun hemm dewmien. Ejjew nieħdu it-tilqima”, jiddikjara l-Profs Buironi.

Jenfasizza li “għal dawk li m’għandhomx problemi partikolari  ta’ saħħa u qed jibżgħu minn xi konsegwenzi jew effetti għat-tul mit-tilqima, jien ngħidilhom ħaġa waħda – li jien tlaqqamt malajr kemm jista’ jkun”.

Il-Professur Buironi jitkellem ukoll dwar il-miżinformazzjoni li teżisti. Jgħid li kien pass tajjeb dak li fuq il-midja soċjali ingħalqu siti ta’ gruppi li kienu kontra t-tilqima. Hu jisħaq li t-tixrid ta’ misinformazzjoni hu ħażin daqs il-virus innifsu. Fi kliemu stess, “il-Covid19 joqtol, imma il-miżinformazzjoni toqtol ukoll”. 

Sport