Friday, December 27, 2024

Inħarġu eluf ta’ ċitazzjonijiet għal sewqan eċċessiv fl-2022

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet, inħarġu għexieren ta’ eluf ta’ ċitazzjonijiet relatati ma’ ksur tar-regolamenti tal-veloċità li nqabdu minn speed cameras li hawn mifruxin f’diversi nħawi tal-pajjiż.

Fil-fatt, miż-żoni ta’ Ħ’Attard u n-Naxxar biss, li speed cameras qabdu mal-24,271 sewwieqa li eċċedew il-veloċita tas-sewqa. 14,130 minnhom kienu miż-żona tan-Naxxar.

Il-Ministru għas-Sigurta, l-Intern u r-Riformi Byron Camilleri li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Agius ta rendikont sħiħ taċ-ċitazzjonijiet kollha li nħarġu b’rabta ma sewqan eċċessiv.

L-inħawi elenkati fit-tweġiba tal-Ministru Camilleri, minbarra Ħ’Attard u n-Naxxar jinkludu lil Birkirkara, il-Gudja, Ħal Qormi, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żejtun.

Ekonomija

Sport