Wednesday, April 24, 2024

“Inħarreġ l-atleti… kont naħseb li jien invinċibbli imma l-Covid-19 kważi qatilni”

Aqra wkoll

Imexxi it-Toro Performance Gym f’Texas. Gym li fih jitħarrgu ammont ta’ atleti. Antonio Rodriguez, li jmexxi dan il-gym, dejjem kien jaħseb li l-Covid19 mhux se taqbdu. Dan il-ħsieb kien imnebbaħ minħabba li hu ma jbatix minn allerġiji. Iżomm ruħu attiv. Rarament marad bl-influwenza. Fi kliem stess kien jaħseb li hu invinċibbli għal dan il-virus. Ġara iżda li proprju ftit jiem ilu, hu marad bil-Covid19. Saħħtu marret lura fi żmien qasir. Tant li kellu jittieħed b’urġenza l-isptar. L-isptar tefgħu fuq l-ossiġnu. Quddiem dan kien li kien għaddej minnu, minn fuq is-sodda tal-isptar ħass li għandu jagħmel appell. Ried li imqar isalva ħajja waħda. Fi kliem u stess, “qiegħed fuq l-ossiġnu.  Dan il-virus mhux ċajta. Jekk jogħġobkom tlaqqmu.”  Finalment hu iddeċieda li jieħu it-tilqima kif jirkupra. 

Ma jonqosx li jagħmel appell imqanqal għall-atleti li hu jħarreġ u għal pubbliku inġenerali.  Kien iddikjara li “ninsab fuq l-ossiġnu. Ilni għaxar t’ijiem l-isptar. Qed nirkupra bil-mod, għalkemm dan qed isir bil-mod ħafna. Ninsab nofs it-triq biex nirkupra u xorta qed ikolli bżonn ħafna ossiġnu. Biss kuljum qed ikun hemm titjib. Jekk jogħġobkom tlaqqmu. Dan il-virus mhux ċajta. Ġabuni hawn b’ambulanza. L-infermieri u t-tobba fl-isptar qed imorru lil hinn minn xogħolhom. Ħadd ma jista’ jiġi jarani. Irrid noħroġ minn hawn aktar b’saħħti”.

Antonio Rodriguez li jgħix f’Texas, kien kważi miet bil-virus tal-Covid19 fl-età ta’ 44 sena. 

Kien wieħed minn dawk xettiku jekk għandu jieħu it-tilqima u dan minħabba li hu persuna attiv ħafna.

Minn naħa tiegħu, hu kien iddeċieda li għandu jieħu it-tilqima imma ġie ttestjat pożittiv ftit jiem qabel kellu jeħodha. 

Jisħaq li “jekk għadhom ma ddeċidejtux jekk tittlaqmux, ngħidilkom morru tlaqqmu. Il-virus iebes wisq. Jien eżempju ta’ dan. Kont naħseb li jien invinċibbli. Kważi qatilni.”

Sport