Minn Cristian Muscat
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala Team Manager ta’ Birkirkara FC, fejn proprju fil-jiem li għaddew ġejt konfermat f’dan ir-rwol għall-ħames staġun.
Nibda billi nirringrazzja lill-klabb ta’ Birkirkara tal-fiduċja li tani biex inkun parti minn dan il-klabb tant speċjali għalija. F’dawn l-aħħar erba’ staġuni il-klabb reġa’ stabillizza ruħu mal-aqwa timijiet fil-Malta Premier. Il-klabb reġa’ kiseb post fl-Ewropa għal numru ta’ snin, rebaħ l-FA Trophy, u konna viċin li nirbħu l-Kampjonat.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?
L-aħħar staġun kien staġun fejn it-tim tagħna kien ħaqqu aħjar. Saru ħafna sagrifiċċji minn kulħadd, iġġilidna sal-aħħar u li kieku staqsejna lil xi ħadd fejn kien ħa jasal it-tim naħseb li ftit kienu jemmnu li Birkirkara FC kienu se jaslu s’hawn. Aħna konna l-uniku tim li lagħab il-logħbiet kollha tal-kompetizzjonijiet kollha kem fil-Kampjonat kif ukoll fl-FA Tropghy. Ksibna post fl-Ewropa li din kienet waħda mill-aspettattivi tal-klabb dan l-istaġun. Id-diżappunt kien wieħed kbir meta tlajna għal żewġ finali u sfortunatament ħriġna telliefa peró l-futbol jaf ikun kattiv! Inħarsu ‘l quddiem … il-klabb ta’ Birkirkara mhux se jieqaf hemm!
X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-livell tal-futbol Malti nemmen li jista’ jissaħħaħ jek inkunu iktar professjonali f’kull qasam. Għalkemm ħdejn barra minn Malta għadna ħafna lura, xorta nemmen li saru ħafna passi tajbin peró t-triq hija twila u baqagħlna ħafna x’nitgħallmu. Il-fatt li aħna żgħar, din żgur ma tgħinx peró nemmen li aħna kapaċi daqs ħaddieħor u kapaċi nagħmlu iktar progress ‘il quddiem.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-amministrazzjoni tal-futbol?
Il-futur jidher sabiħ peró kull ġurnata hija differenti. Jalla jkollna staġun tajjeb u nħarsu ‘l quddiem biex kemm jista’ jkun nerġgħu nġibu it-Tazzi lejn Birkirkara. M’għandix dubju li l-Kumitat qed jaħdem bla waqfien fuq akkwisti għall-istaġun li ġej biex nerġgħu nkunu forza fil-futbol Malti, u minn hawn nixtieq inħeġġeġ lill- partitarji biex jibqgħu wara dan il-klabb bħalma kienu din is-sena u ta’ dan ngħidilhom grazzi talli dejjem kienu warajna fit-tajjeb u l-ħażin!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Minn hawn nixtieq nerġa’ nirringrazzja lill-klabb ta’ Birkirkara tal-fiduċja u tal- opportunitá li reġa’ tani għall-ħames staġun tiegħi ma’ dan il-klabb. Grazzi tmur ukoll għan-nies ta’ madwari: kowċis, plejers, staff, partitarji u nies volontarji tas-sagrifiċċju u tal-għajnuna kollha li nsib mingħandhom!