Sunday, January 12, 2025

INĦARSU L’QUDDIEM

Aqra wkoll

Proprju ħames snin ilu, il-Partit Laburista ħatar Mexxej ġdid li kien ifisser ukoll Prim Ministru ġdid għal Malta.  Kienu ħames snin li fihom rajna kif l-ekonomija ta’ pajjiżna kompliet tissaħħaħ waqt li l-pajjiż flimkien mal-bqija tad-dinja iffaċċja kriżijiet kbar fosthom il-pandemija tal-Covid u wara rata ta’ inflazkjoni qawwija.

F’Malta inżammet l-istabbilità u dan ankę b’miżuri li ttieħdu biex jilqgħu għal dawn il-kriżijiet. Kien hemm pajjiżi oħra li l-impatt inħass ħafna. Jekk nieħdu r-Renju Unit u l-Italja,rajna li kien hemm taqlib politiku kbir. Gvernijiet oħra krollaw jew ma kinux eletti mill-ġdid.

Il-ħidma fl-aħħar ħames snin kienet bla waqfien. Kienet ħidma li mhux biss kienet indirizzata biex tilqa’ għal kriżijiet imma kienet ukoll ħidma intiża biex tara li dak imwiegħed jitwettaq.  Saru skemi b’saħħithom għal investiment, għal immaniġġjar b’saħħtu tas-settur tas-saħħa u l-kisba tal-vaċċin kmieni ferm, għal għajnuniet lill-konsumaturi u skemi kbar bħal Wage Supplement.

Rajna ħidma fejn tidħol il-governanza fejn riforma li saret f’dan il-qasam rat lil pajjiżna jġib ċertifikat mill-financial action task force wara snin twal li fihom il-MoneyVal u l-istess FATF kienu qed jixegħlu bozoz ħomor għal pajjiżna. 

Settur li fuqu saret ħidma fl-aħħar ħames snin kient dak ekonomiku. Ħidma li wasslet biex l-ekonomija Maltija  baqgħet reżiljenti fl-isfond tal-inċertezza internazzjonali li qegħdin niffaċċjaw  bħalissa. It-tkabbir ekonomiku baqa’ wieħed b’saħħtu bir-rata din is-sena mistennija kważi 5 fil-mija f’termini reali. Tkabbir li hu attribwit għal żieda fl-esportazzjoni ta’ servizzi, l-igaming; servizzi finanzjajri; il-manifattura u l-konsum domestiku. 

Fil-ħidma tiegħu, il-Gvern immexxi minn Robert Abela kompla għaddej bis-sussidji fuq l-energija u fjuwil u dan minkejja pressjoni mill-Unjoni Ewopea. Dawn is-sussidji komplew għenu biex il-konsum jibqa’ b’saħħtu u jittaffew l-ispejjeż għan-negozji. 

Ovvjament l-isfidi mhux se jonqsu. Il-qasam internazzjonali jinsab mifni b’kunflitti. Kunflitti li minkejja tentattivi biex ikun hemm waqfien mill-ġlied, dan baqa’ ma seħħx. 

Mil-lat ambjentali il-pajjiż ukoll għandu għadd ta’ sfidi kif hemm ukoll fil-qasam soċjali u dan minħabba il-bidliet kbar li qegħdin isiru fis-soċjeta tagħna. 

Kollox ma’ kollox kienu ħames snin fejn pajjiżna kompla miexi ‘lquddiem. Ħames snin li fihom rajna riformi u interventi mill-gvern għal sitwazzjonijiet li kienu qegħdin jaffettwaw b’mod negattiv pajjiżi oħra qrib tagħna. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport