Minn Cristian Muscat
Giuseppe Bergomi – isem li żgur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fl-isfera tal-football mondjali Bħalissa huwa jinsab f’Malta fuq stedina tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta, immexxi mill-president Paul Fenech.
Dan is-sit ħa l-opportunitá biex jieħu xi kummenti esklussivi mingħandu, fejn fost l-oħrajn huwa għadda messaġġ lill-partitarji Interisti f’Malta u madwar id-dinja biex jibqgħu wara t-team u juru fiduċja u entużjażmu f’dan il-mument mhux daqstant feliċi, li iżda hu jinsab ċert li se joħorġu minnu.
Intant, f’kumment ieħor li għadda lit-tfal li bħalu jixtiequ jimbarkaw fuq karriera ta’ suċċess fil-football, huwa qal li: “It-tfal li jridu jirnexxu fil-football ma jridux jaħsbu fuq karriera. Iridu jiffukaw fuq il-pjaċir tal-isport. Minkejja dan dawk li l-aktar li jisfurzaw u jaħdmu biex itejbu l-livell huma l-aktar li għandhom ċans li jikbru fl-isport.”
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas huwa kellu kliem ta’ tifħir u ringrazzjament lejn l-Inter Club Pupi Zanetti Malta u lejn Paul Fenech innifsu.