Saturday, December 21, 2024

“Inħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex jimxu mal-ħolm tagħhom u jwarrbu l-kritika”

... il-Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Carlos Zarb

Aqra wkoll

Nilqa’ bil-kbir din id-deċiżjoni illi ttieħdet. Ħafna jikkritikaw l-età iżda wieħed irid jifhem li żgħażagħ ta’ 16-il sena li jagħżlu joħorġu jkollhom diġà sens ċiviku. Ir-realtà turi li l-ġenerazzjoni żagħżugħa hija bżonnjuża. Inħeġġeġ liż-żagħżagħ u ngħidilhom li minkejja din se tkun xi ħaġa diffiċli mingħajr dubju li inti tmur kontra l-kurrent, hija esperjenza li sservihom ħafn.a.

Din kienet ir-reazzjoni tal-Viċi-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar b’reazzjoni għal dak li ġie ppreżentat ilbieraħ, jiġifieri abbozz ta’ liġi li jipprovdi għal emendi fl-Att dwar il-Gvern Lokali li bis-saħħa tagħhom żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena jkunu jistgħu jokkupaw ir-rwol ta’ sindku jew viċi sindku jekk jiksbu l-fiduċja tal-elettorat. 

Huwa żied jgħid; “Personalment nixtieq nirringrazzja lir-residenti  għaliex mingħajr il-fiduċja tagħhom ma kontx niġi elett u l-ħidma li wettaqt f’dawn l-erba’ snin ma kont inwettaq xejn minnha. Bdejt naħdem fil-lokalità permezz tal-kunsill żgħażagħ mill-età ta’ 13 ilsena fejn kont involut anke f’proġetti tal-Aġenzija Żgħażagħ”. 

Zarb temm jgħid li din il-kritika kollha qed ssir fuq iż-żgħażagħ li jridu jaħdmu u li ħadd ma jsemmi xejn fuq dawk li huma kbar fl età li joħorġu għal kunsill u qas jafu jiktbu. 

Ekonomija

Sport