Friday, December 27, 2024

“Inħeġġu li min jagħmel użu tal-E-scooters, ikun responsabbli u jagħmel użu tal-parkeġġi pprovduti”

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, is-Sindku ta’ San Ġwann, Trevor Fenech, kiteb post fuq il-midja soċjali fejn qal li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann ser jimplimenta inizjattiva biex jindirrizza l-kwistjoni tal-E-scooters fil-lokal.  

Is-Sindku spjega li ġew diskussi u identifikati numru ta’ siti fejn ser isiru dawn il-parkeġġi mingħajr ma jkunu ta’ ostaklu għall-aċċess tal-bankina kif ukoll mingħajr ma jittieħdu parkeġġi tal-karozzi. Huwa kompla jgħid li l-E-scooters huma parti mill-użu tat-trasport alternattiv. 

“Inħeġġu li min jagħmel użu tal-E-scooters, jagħmel hekk b’responsabbiltà u jagħmel użu ta’ dawn il-parkeġġi pprovduti” Qal is-Sindku. 

Il-ġimgħa d-dieħla se jkunu qed isiru l-ewwel 20 parkeġġ għal dawn l-E-scooters. 20 parkeġġ ieħor se jsiru aktar ‘il quddiem. Dan se jsir sabiex ikun hawn anqas karozzi fit-toroq tagħna u jkollna arja aktar nadifa. 

Ekonomija

Sport