Tuesday, July 29, 2025

‘Inħoss li l-akbar suċċess li tani t-tennis huwa personali – tani dixxiplina kbira li għenitni biex qatt ma naqta’ qalbi u nagħmel ħbieb tajbin’– Edward Spiteri Paris

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-tennis?

L-imħabba tiegħi għall-isport bdiet meta l-ġenituri tiegħi ħaduni biex nilgħab it-tennis soċjalment f’età żgħira ħafna.

Ħa mmur mal ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq il-fatt li għadek kemm ġejt inkurunata Champion lokali tat-Tennis ta’ taħt l-10 snin?

Inħossni sodisfatt ħafna peressli naħdem ħafna u naghmel hafna sieghat training is-sena kollha biex nikseb riżultati bħal dawn

X’suċċessi maġġuri oħra ksibt fil-karriera tiegħek sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Inħoss li l-akbar suċċess li tani t-tennis huwa personali – tani dixxiplina kbira li għenitni biex qatt ma naqta’ qalbi u nagħmel ħbieb tajbin. Fuq il-court kelli wkoll suċċess ieħor din is-sena eżattament fi Frar li għadda fejn irbaħt il-Marsa Junior Tennis Open, u mument memorabbli ieħor huwa meta vvjaġġajt lejn Palermo fi Sqallija mal-akkademja tiegħi u lkoll morna tajjeb ħafna billi rbaħna l-maġġoranza tal-logħbiet tagħna.

Kif tqis il-livell tat-tennis f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tat-tennis f’Malta bħalissa huwa eċċellenti grazzi għal individwi dedikati li jmexxu l-akkademji u l-Federazzjoni li jaħdmu bla heda biex itejbu l-isport.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffċiajli tagħkom?

Il-faċilitajiet tjiebu u jien sodisfatt ħafna, din is-sena nfetaħ ukoll bini ġdid f’Pembroke – iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis b’courts tat-tennis ta’ klassi dinjija!

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-tennis?

Qed nieħu kull logħba kull darba u nħares ‘il quddiem biex nivvjaġġa u niffaċċja kompetizzjoni internazzjonali. Nittama li nikseb suċċess barra minn Malta flimkien mal-ħbieb tat-tennis lokali tiegħi kollha!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jipprattika t-tennis.

Huwa sport mill-aqwa u li jagħtik ħafna! Kompli tħarreġ u taqtax qalbek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport