Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
L-imħabba tiegħi lejn l- atletika bdiet bis-saħħa ta’ missieri, Antoine, għax hu kien diġa’ jippratika l-atletika u bdejt nersaq lejn l- atletika automatikament.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq l-aħħar suċċess li ksibt fejn ksirt ir-rekord nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena tal-10km?
Inħossni ferm sodisfatta bir-riżultat li ksibt.
X’suċċessi maġġuri oħra rnexxielek tikseb sa issa f dan l-isport li tant tħobb?
L-aktar suċċess ta’ sodisfazzjon għalija huwa li dejjem qed jirnexxieli intejjeb il-prestazzjoni tiegħi f’kull kompetizzjoni li ħadt sehem fiha.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Jien inħoss li l-livell tal-atletika f’pajjiżna aktar qed jitjieb u qed ikun hemm aktar riżultati sodisfaċenti mill-atleti lokali.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Jiena nittrenja kuljum fit-triq kif ukoll fit-trakka tal-Marsa taħt il-gwida tal-kowċ tiegħi li huwa wkoll missieri.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Il-ħolma tiegħi hija li nirrappreżenta lil Malta barra minn xtutna bil-flokk tan-nazzjonal.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
M’għandek qatt taqta’ qalbek, tibqa’ konsistenti jum wara jum u ma tħalli lil ħadd jaqtagħlek qalbek!

