Saturday, December 21, 2024

“Inħossni kburija li kont involuta fl-ewwel titjira”

-Il-Pilota Denise Casolani dwar l-ewwel titjira ta’ KM Malta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Inħossni kburiјa li nagħmel parti minn dan it-tim ta’ KM Malta. L-ewwel titjira lejn Katanja nista’ ngħid li kienet ta’ suċċess. Jekk Alla jrid it-tim li nagħmel parti minnu jien se jkompli joffri servizz għal dawk li jagħmlu użu minnu”.

Dan iddikjaratu il-pilota Denise Casolani, f’kumment li tat lill-dan is-sit, hekk kif konna preżenti għall-ewwel titjira tal-linja tal-ajru l-ġdida magħrufa bħala KM Malta Airlines. Kompliet tgħidilna li din it-titjira ma kinitx tkun possibli mingħajr l-għajnuna tal-kollegi tagħha, l-uffiċjal Waren Zammit, akkumpanjati mill-maniġer tal-flight Paulianna u l-membri tal-ekwipaġġ Nadine, Annalise u Paul.

KM Malta Airlines Limited, il-linja nazzjonali tal-ajru, kienet qalet li hekk kif nedew il-websajt lura għal Diċembru li għadda f’temp ta’ ġimgħa, kien hemm madwar 122,000 persuna li qatgħu biljett għall-iskeda tas-sajf. 

Fl-istess stqarrija, il-kumpanija qalet li bħalissa għandha madwar 8,500 titrjira skedati, li kollha jkopru 17-il ajruport fi 15-il belt differenti. Dawn jinkludu; Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Londra (Gatwick u Heathrow), Lyon, Madrid, Milan, Munich, Pariġi (Charles de Gaulle u Orly), Praga, Ruma, Vjenna u Zurich.

Intant bejn ilbieraħ u dalgħodu għall-ħabta tas-1:00 a.m, intemm il-vjaġġ tal-Air Malta, il-linja tal-ajru li kienet ilha topera għal iktar minn ħamsin sena ġewwa l-ajruport ta’ pajjiżna. Intant ic-Chairman tal-Air Malta, il-Professur Philip Von Brockdorff irringrazzja lill-ħaddiema kollu li kienu ilhom snin jikkontribwixxu s-servizzi. 

Fost l-oħrajn, Brockdorff irrefera għall-membri tal-ekwipaġġ, għall-pilota, għall-ħaddiema tac-check in, għall-ħaddiema tekniċi u dawk li jaħdmu fl-operazzjonijiet. Huwa rringrazzja wkoll dawk il-ħaddiema fil-Head Office u oħrajn, li mingħajrhom il-linja tal-ajru ma kinitx tkun possibli. 

L-Air Malta kienet waħda mil-linji magħrufa sew, anke internazzjonalment. Tul is-snin,b’ħidma konġunta, irnexxielha tkun il-mutur ewlieni li għaqdet lill-gżejjer Maltin mal-kumplament tad-dinja. L-Air Malta kellha rwol importanti fit-turiżmu, fl-ivjaġġar tan-negozju, u għat-trawwim tal-iskambju kulturali. 

Ekonomija

Sport