“Itolbu, itolbu għal ibni Francesco”. Dan kien messaġġ li wasal mingħand omm b’qalb maqsuma li għada binha se jkun qiegħed jagħmel operazzjoni delikata fl-Isptar Bambino Gesù f’Ruma.
Kien Lelio Spiteri li permezz tal-midja soċjali wassal il-messaġġ ta’ din l-omm li qalet li tħossa mbeżża’ ħafna hekk kif għada hu jum fejn binha se jaffaċja battalja kbira.
Lelio Spiteri kiteb li “talbitni biex l-iskola u permezz tal-Facebook inħeġġeġ għat-talb f’dawn il-mumenti tqal u mudlama. U jien hekk ser nagħmel. Ejjew ningħaqdu f’talba ħerqana lill-Mulej u lill-Madonna ta’ Pinu biex iżommu jdejhom fuq Francesco u fuq it-tobba li ser joperaw. Aħna fiduċjużi għax nemmnu fil-qawwa tat-talb. Jien ukoll ser nitlob lill-ħabib tiegħi Carlo Acutis biex jagħtina daqqa t’id. Il-Mulej kbir.”
Hu temm il-messaġġ li “ma naqtgħu qalbna qatt għax Alla jista’ kollox.”