Monday, January 12, 2026

‘Inħossni onorat li kelli l-opportunita’ u s-saħħa li nikseb dan it-tragward fl-etá li għandi’ – James Grima

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn ta’ etá żgħira kont inħobb insegwi l-futbol ma’ missieri. Anke aħna t-tfal tar-raħal konna nħobbu niltaqgħu fit-triq nilgħabu bil-ballun. Aktar tard kien sar ground ġewwa l-iskola primarja ta’ San Lawrenz stess u konna nilgħabu hemmhekk ukoll.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq it-tragward tal-200 partita uffucjali fil-karriera tiegħek li lħaqt f’Ottubru li għadda?

Inħossni onorat li kelli l-opportunita’ u s-saħħa li nikseb dan it-tragward fl-etá li għandi. Meta nħares lura nħossni grat li kull kowċ wera fiduċja fija u kollha tawni ċ-ċans li nilgħab, għax kieku ma kontx nasal s’hawn.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ St Laurence Spurs FC.

Għandna tim żġħir imma magħqud u qed nieħdu gost flimkien.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?

S’issa sejrin tajjeb. Kellna diversi rebħiet u xi ftit rizultati ħżiena. Baqa ħafna logħob x’jintlagħab. Nittamaw dejjem li nkunu fin-naħħa r-rebbieħa.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

L-għan ta’ din is-sena hu li nkunu kompetittivi biżżejjed biex niġġieldu għar-rebħ tal-unuri.

Kif tqis il-livell tal-futbol Għawdxi fil-preżent?

Għalkemm matul is-snin saru xi tibdiliet għall-aħjar, nemmen li xorta baqa’ ħafna fejn nistgħu nimxu ‘l quddiem.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-grawnds huma limitati ħafna. Il-grawnd li nużaw aħna tal-iskola primarja ta’ San Lawrenz huwa limitat fl-ispazju. Allura, darbtejn fil-ġimgħa jkollna t-training f’xi grawnd ieħor, skont id-disponibilta’.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? 

Diment li jibqagħli s-saħħa u l-ħin, lest li nkompli nilgħab. 

Għaddi messaġġ finali lil kull min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Lil min jixtieq jibni karriera fil-futbol ngħidlu ma jaqta’ qalbu qatt imma fuq kollox ifittex li jieħu gost tul dan il-vjaġġ. Jekk ma tkunx għal qalbek, tkun qiegħed fil-post żballjat!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport