Monday, June 9, 2025

Iniżżel it-tieqa tal-karozza u allegatament jhedded lill-eks sieħba li se joqtolha

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena residenti Ħal Qormi wieġeb mhux ħati li beżża’ lill-eks sieħba tiegħu, heddidha u li kiser ordni ta’ trażżin.

Il-Prosekuzzjoni qalet li huma għandhom wild flimkien. Skont dak ippreżentat fil-Qorti, l-imputat intlemaħ bil-vettura ta’ ommu fit-triq fejn tgħix l-ex sieħba tiegħu f’Tal-Pietà. Allegatament hu niżżel it-tieqa tal-karozza u beda joffendiha u anke heddidha li kien se joqtolha

Il-Qorti ordnat li l-imputat jinżamm arrestat. Ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport