Friday, December 20, 2024

“Injoranza sfaċċata li setgħet wasslet biex persuni jweġġgħu serjament”

nic Grech

Aqra wkoll

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech ikkonferma li ħa azzjoni immedjata biex jirranġa irresponsabbiltà ta’ xi ħadd fi Triq in-Nirien fl-istess lokalità.

Grech qal li nġibditlu l-attenzjoni li lbieraħ filgħaxija xi ħadd dawwar it-tabellatat-traffiku, b’tali mod li sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq, b’mod speċjali dawk li mhumiex residenti, setgħu faċilment jitfixklu u jiksru skont kif indikat.

“Irresponsabbiltà u injoranza sfaċċata li setgħet twassal għal inċident li fih setgħu jweġġgħu persuni serjament”, qal Grech filwaqt li kkonferma li din hija waħda minn numru ta’ tabelli li twaħħlu ġodda fl-aħħar jiem.

Ekonomija

Sport