Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ għaddejja ħidma minn għadd kbir ta’ voluntiera li laqgħu s-sejħa tal-Arċipriet biex tiġi mnaddfa l-knisja wara n-nirien u tixrid ta’ nugrufun ikkawżati minn ħruq fis-sistema tad-dawl wara l-maltempata ta’ dal-lejl.
Bħalissa qed issir inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana.
Aktar kmieni dalgħodu żaru l-Bażilika l-Isqof Anton Teuma, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, u s-Sur Anton Tabone.
Grazzi lil kull min qed jagħti l-għajnuna tiegħu.
Kull min jixtieq jagħti xi forma ta’ donazzjoni jista’ jagħmel dan minn hawn: