Friday, November 22, 2024

Inkompli naħdem biex noffri atmosfera pjaċevoli u sigura fil-klassi…it-tfal qed jiġu kuntenti – Manolita Pace, għalliema

Aqra wkoll

“Irrid nammetti li bħala għalliema tal-ewwel sena kelli xi ftit dubji kif kienet se tkun il-ħajja fil-klassi bil-miżuri kollha li rridu nimxu magħhom, imma għall-grazzja t’Alla s’issa mexjin tajjeb.” Hekk qalet Manolita Pace, għalliema li bħal ħafna nies oħra, l-imxija tal-COVID-19 ħallliet impatt fuqha u fuq xogħlha.

Kompliet tgħid li ovvjament dejjem hemm xi attivitajiet li qabel konna nagħmlu u li issa ma nistgħux nwettquhom però t-tfal xorta qed ikollhom ġurnata mimlija u qed jiġu l-iskola kuntenti. Naħseb l-iktar ħaġa li qed toħloq problema hi li peress li rridu nħallu t-twieqi miftuħin qed ikollna ħafna storbju tat-traffiku, speċjalment għax jgħaddu numru konsiderevoli ta’ vetturi ta’ kostruzzjoni.

L-għalliema kkonkludiet tgħid li “din qed toħloq stress fuq il-vuċi u uġigħ ta’ ras kemm bħala għalliema u anke fuq l-istudenti. It-tfal draw ħafna mal-miżuri, speċjalment ma’ l-użu tal-maskli u tas-sanitizer. Niggustahom ifakkru lil xulxin biex jilbsu l-maskla wara l-ikel u biex jagħmlu s-sanitizer qabel imissuha. Jien minn naħa tiegħi nkompli naħdem biex noffri atmosfera pjaċevoli u sigura fil-klassi għal benefiċċju tat-tfal.”

Sport