Sunday, November 24, 2024

“Inkwetanti li minflok ipprovaw iwaqqfuhom, ħadulhom filmat”

Katya De Giovanni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-każi li qegħdin anke jiġu investigati mill-Pulizija b’rabta ma’ mġiba vjolenti fost minorenni, dan is-sittkellem mal-psikologa u membru parlamentari Dr Katya De Giovanni li rrimarkat li minn dejjem kien ikun hemm dawn l-inċidenti filwaqt li issa għandna t-teknoloġija biex inwasslu dak li qed jiġri meta fil-passat ma kellniex.

Saħqet li hu inkwetanti huwa li minflok ippruvaw iwaqqfuhom u jikkalmawhom, ħadulhom filmat. “Aktar minn hekk, qisu għadna ma wasalniex biex nitgħallmu nieħdu pass lura u nsolvu l-argumenti tagħna madwar mejda.”

Dr De Giovanni qal li għal dan l-għan, il-Gvern ħareġ dokumenti bħal Policy Parenting Policy sabiex jgħin lis-soċjetà inġenerali jkunu ta’ gwida f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Hija tenniet li nagħtu kemm nagħtu taħriġ irridu dejjem ninsistu li l-argumenti jissolvew madwar mejda.

Sport