Dr Dennis Vella Baldacchino ġie innominat għall-kariga ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali. Huwa ser jieħu post Dr John Cachia li serva f’ din il-kariga mill-2012 ’il hawn.
Dr Dennis Vella Baldacchino se jassumi l-pożizzjoni ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali nominat mill-1 ta’ Ottubru 2021 u se jieħu l-ħatra uffiċjalment mill-1 ta’ Diċembru 2021.
Preżentament, Dr Vella Baldcchino jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal Mediku Ewlieni fil-Ministeru għas-Saħħa.
Il-Ministeru għas-Saħħa jirringrazzja lil Dr John Cachia għas-servizz tiegħu tul dawn l-aħħar disa’ snin filwaqt li jawgura kull suċċess lil Dr Vella Baldacchino.