Jidher li l-bniedem ma jgħix biss bil-ħobż iżda jistrieħ ukoll fost l-innijiet. Hemm inniiet ta’ ferħ, ta’ niket, oħrajn ifakkru xi rebħ jew telf. Kull pajjiż għandu l-innu nazzjonali li jagħżel poplu minn iehor. Hemm innijiet sagri, profani, Soċjalist jew Kommunisti, Faxxisti jew Nażisti jew mogħdija ta’ żmien bħal ghanijiet tal-poplu jew mużika klassika. Hemm xi Re jew Regina jgħożżu l-innu tagħhom; anke il-Papa għandu l-innu tiegħu miktub mill-Franċiż Charles Gounod fl-1870. Tgħid ix-xitan għandu innu?
INNU TAL-PARTIT LABURISTA
L-Eżekuttiv Nazzjonali iddiskuta ħafna dwar arma tal-partit iżda dwar innu tal-partit ma issemma’ xejn. Dan ma jfissirx li ma kienx jitkanta xi innu iżda mhux forma uffiċjali. Din s-sitwazzjoni baqgħet hekk sa snin 1960. Biex isostni lġlieda kontra l-kolonjaliżmu Ingliż u jqajjem mill-ġdid l-Innu miktub minn H.M. msejjah Innu tal-Partit tax-Xogħol.
L-Innu jibda hekk “Lejn din l-għaqda fiss ittajru, Xjuħ u żgħażagħ ħaddemin, leħen sbejjaħ lilna jsejjaħ, biex ningħaqqdu f’dan il-ħin”
Dan l-Innu sar l-għajta tal-ħaddiema kontra l-ħakkiema kolonjali barrnnin u l-allejati tiegħu l-Kurja Kattolika Maltija. Kien jitkanta wara kull laqgħa pubblika, wara l-Konferenza Ġenerali. Kulħadd kien ikanta l-Innu Għadni nisma’ lill-President tal-Partit Anton Buttiġieġ ikantah bid-dmugħ f’għajnejh wara xi dimostrazzjoni kbira.
Dan l-Innu baqa’ jitkanta taħt il-Prin Ministri Karmenu Mifsu Bonniċi u taħt Dr Alfred Sant. Ma nfax għal liema raġuni meta laħaq mexxej tal-partit Dr Joseph Muscat qered għal kolox dan l-Innu.
IL-BANDIERA ĦAMRA
Hemm Innu ieħor msejjaħ il-Bandiera Ħamra li kien jitkanta fi snin 1920 -1930 minn l-Għaqda tas-Soċjalisti Maltin li kienu iqisu ruhhom bħala soċjalisti tassew u mhux bħala dawk kwieti u jibżgħu mill-qilla tal-qassisin! Wara l-aħħar gwerra dinjija dan ma baqax jitkanta iktar. Meta xi żgħażagħ Laburisti laqgħu li Dom Mitoff f’ikla f’San Pawl il-Baħar fl-1948 u ġew ikkundannati mill-Arċisqof Gonzi huma kantaw l-verżjoni Ingliża “The Red Flag”. Din ikkofermahili Turu Scerri li attenda din l-ikla.
Jiena kont naf b’dan l-Innu iżda la qatt rajtu u lanqas ma smajtu. Iżda b’xorti tajba sirt nafu sewwa. Jiena u l-ispiżjar Manwel Attard Bezzinna konna membri fl-Eżekuttiv tal-Parti iżda ukoll ħbieb sewwa. Konna niltaqgħu xi daqqiet fid-dar tiegħu iż-Żejtun. Darba minnhom ħadtlu xi flixkien ta’ l-inbid. Manwel qal li martu Fanny li jaqbel niċċelebraw u bdew ikantaw l-Bandiera Ħamra. Jien stagħġibt u fl-istess ħin insistejt ma’ Fanny kiex tiktibli l-kliem ta’ l-innu. Dan l-aħħar kont qed inqalleb fl-arkivji tiegħi dwar dokumenti, fuljetti u memorji oħra li ġemmgħajt matul s-sittin u sibt dan l-Innu.
Minħabba li ż-żgħażagħ ta’ lum hemm minn jixtieq jaqra dan l-Innu. bil-permezz ta’ l-Editur ser niktbu fil-verżjoni ta’ sinjura Fanny Attard Bezzina.
Il-Bandiera Ħamra
Ħutna tal-pinna, Ħutna tal-mazza
ġo nofs ta’ pjazza ġo nofs ta’ pjazza
bandiera ħamra tperper f’idejna
bid-dmugħ f’għajnena nfittxu il-ħelsien
Bandiera Ħamra kun il-ħelsien
Bandiera Ħamra żommna flimkien
Bandiera Ħamra ta’ dmugh u ta’ demm
il-ħaddiem ta’ li jaħdem fil-ħakma
irid is-sehem
Ħaddiema ħutna o ġens imqarraq
Fid-dam imgħarraq, fid-dlam imgħarraq
Kun int li jġarraf f’bandiera ħamra
Il-qerq tal-għadu li żammna ilsiera
Bandiera Ħamra kun int id-driegħ
Bandiera Ħamra lill-fqir mexxieh
Bandiera Ħamra lill-maħqurin
B’dak id-dawl tiegħek oħroġhom rebbieħin
Kor
Mela ningħaqdu oh Laburisti
demm la nagħtu lil kapitalisti
frott it-tbatija ta’ għarraqna demmna
dak nixorbuh aħna għax hu sehmna
Dan l-innu miktub minn Salvu Delicata ma jsemmi xejn dwar il-ħakma politika tal-kolonjalisti Ingliżi iżda jagħmel enfasi kbira dwar il-ġlieda tal-ħaddiem biex jingħaqdu kontra min iħaddimhom li ħallihom fl-għama, imqarrqin u nieqsa mill-għixien. Jgħid ukoll li x-xogħol u l-ġid li joħloq il-ħaddiem għandu jitgawda bi dritt mill-ħaddiem.
INNIJIET SOĊJALISTI
L-Innu Internazzjonali huwa l-iktar innu popolari fost l-Partiti Soċjalisti madwar id-dinja . Mhuss biss is-Soċjalisti jgħożżuh iżda ukoll il-Partiti Kommunisti. Kien l-innu uffiċjali ta’ l-Unjoni Sovjetika. Hemm ħafna verzjonijiet kemm fil-kitba kif ukoll fil-mużika.
L-Internazzjonal inkiteb mill-Franċiż Eungene Pottier f’Ġunju 1871. Il-moviment hekk imsemmi it-Tieni Internazzjonali (illum is-Socialist International) ħatar l-Interazzjali bħala l-Innu uffiċjalu u b’hekk l-Inuu sar popolari mill-Partiti Soċjalisti u Kommunisti.
Fost is-soċjalisti Ingliżi l-Innu huwa magħruf “The Red Flag” u se nagħti l-ewwel strof: “The people’s flag is deepest red / It’s shrouded oft our rmartys dead / And their limbs grew stiff and cold / Their hearts’ blood dyedits its every fold”. Dan l-Innu jitkanta f’okkażjonijiet uffiċjali tal-partit kif ukoll f’kull konferenza ġenerali tal-Partit Laburista.
Iżda l-Partit Laburista Ingliż għandu innu iehor popolari li jitkant afil-konfernza ġenerali.
L-innu miktub minn l-Iskoċċiż Robert Burns. Dan hu antik hafna u fih kliem Ingliż ta’ żmien ilu.
L-innu msejjaħ “Auld Lang Syne” jgħid: “Should auld acquaaitance be forgot / and never brought to mind? / Should auld acquaintance be forgot and auld lang sune”, Dan l-innu u l-ieħor “The Red Flag” jiena smajthom jitkantaw meta kont preżenti għall-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li nżammaet f’Settembru tas-sena1969 fi Brighton. Bqajt mistgħaġeb kif id-diversi sezzjoniet tal-Partit Laburista Ingliż kienu magħqudin flimkien waqt il-kant ta’ l-innijiet!
It-Taljani għandhom l-innu “Avanti Popolo” li jitkanta mill-Partiti Soċjalisti tax-Xellug u ta’ lemin iżda sa’ fejn naf jien mhux mill-Partit Kommunista. Il-Franċiżi ma’ l-Internazzjonali ikantaw il-“Marseillaise” li għalkemm hu l-innu nazzjonali ta’ Franza jitqies mis-Soċjalisti u Kommunisti bħala innu tradizzjonali rivoluzzjonarju kontra l-għaqdiet ta’ nobbli. Tal-kleru u tas-sinjur.
INNIJIET RELIĠJUŻI
Hawn Malta niftakkru sewwa bil-kant “Ta Deum li kien jitkanta spiss mill-Arċisqof Mikiel Gonzi l-iktar wara xi manifestazzjoni kontra il-Partit Laburista!
“Te Deum Laudamus” li tfisser ikun mfaħħar Alla kitbu San Ambros madwar xi erba’ mitt sena ilu kien jitkanta f’anniversarju reliġjużi. uw koll f’rebħiet miltari tar-rejiet u għaqdie militari kienu ghamlu fuq l-għedewwa tal-Knijsa l-iktar dawk Musulmani.
L-ewwel strofa tgħid “Te Deum Laudamus: te domminum confitemur / Te aetrrum patrem omnia terra veneratum”. Jitkanta fuq stil mużikali msejjħh Palestina li kull seminaristi jitgħallem ikanta
.Il-knisja Protestanta għandha kant tradizzjonali li jgħid “Abide with me! Fast fall the evevtide / The darkness deepeens,Lord withe me abide /. With other helpers,fail and comforts flee /. Help of the helprss , oh abide with me”. Minbarra l-użu ta’ kliem Ingliż safi l-innu fih sentimenti ta’ ferħ, ta’ niket u talb lill-Mulej. L-iktar li jikanta uffiċjali f’attivitajiet reliġjużi fil-Westminiter Abbey u f’St Paul Cathedral Londra
Il-knejjes Ortodosii l-iktar dawk tal-Greċja ta’ Russja u ta’ Ukrajnaa għandhom ukoll l-innu sagru msejjaħ “Trasagion” li jikkonssisti fl-ewwel linja ta’ liturġija divina tal-knejjes Ortodossi “Agios o Theos”.
Il-Musulmani jgħożżu sewwa il-Koran li huwa l-Bibbja Musulmana. Tista’ tgħid li l-Koran huwa magħruf sewwa kif jiġi jitkanta kif meta l-Musulmani jitolbu u wkoll fl-iskejjel ta’ studju, fosthom dawk ta’ l-Eġittu u u tal-Marokk. F’dawn l-iskejjel isir studju fil-fond tal-Koran u hemm jigu mgħallem l-Koran b’kant mill-ewwel linja sa’ l-aħħar.
Innijiet Popolari
Ħafna pajjiżi, minbarra l-Innu Nazzjonali. għandhom l-għanja tal-poplu jew innu popolari fost il-poplu tagħhom Wieħed minn dawn huwa “Linda Cjica” li bl-ispjonal fisser tfajla helwa/L-ewwel l-vers ta’ dan l-innu tgħid “Yo tengouno chica linda” jew bl-Inglis “I have a cute girl” u jkomplil”she made me suffer how much../. I give this life being the owner of your life.” Dan l-innu jitkanta mill-poplu tal-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina li jitkellmu bl-Ispanjol.
Il-Brażiljani għandhom is-Samba li hija taħlita ta’ mużika Afrikana u Portugiża. Hemm skejjel numerużi li għallmu s-samba flimkien ma’ żfin li kull sena jieħdu sehem fl-isfilat tal-karnival fi Samba drom ta’ Rio de Janeiro. L-isfilata hija żfin, daqq u kant. Kull skola tieħu madwar siegħa biex tlesti l-isfilata tagħha. Hi impressjoni ta’ ferħ u ġmiel, iżda ma nahsibx le jekk ikolli l-opportunità li nerġa’ nattendi għal din l-isfilata naħsibha sew minġabba l-ġenn tagħha!.
L-Amerikani għandhom il-Wester kant u daqq bil-kitarra. Fost l-aqwa kantant tal-Wester huwa Johnny Cash li jfaħħar iż-żmien meta l-Amerika żviluppat l-art Amerikana. Fost il-pajjiżi iż-żgħar il-Maori poplu antik ta’ New Zealand għandhom iż-żifna u kant magħrufa bħala “Haka” li għalkemm tidher bħala żifna tal-ġlied fil-fatt hija tislima lill-għarusa lesta għa lżwieġ.
Hawn Malta għandna ukoll għanja popolari magħrufa bhala “Tislima lil Malta”. Dwar mitt sena qabel tnieda l-Innu Malti f’ Jannar 1923, il-Maltin jidher li kienu xebgħu jisimgħu dejjem il-“God Save the King/Queen” u għaldaqstant Ħan Anton Vassallo fl-1854 kiteb l-Innu “Tifħira lil Malta” li jgħid “Int sabiħa O Malta tagħna!, mhux għax Malti nfaħħrek jien, issemmik id-dinja kollha, magħruf ġmielek kullimkien.”
Dan l-Innu kien sar popolari fost il-Maltin kien jiġi mgħallem fl-iskejjel tal-Gvern. Ommi, Rosa, li kienet tattendi l-iskola primarja tal-gverm f’Ħad-Dingli bejn is-snin 1912/14 kienet taf sew. Dak iż-żmien fl-aqwa ta’ l-Imperu Brittanniku kienu jiġu mgħallma ukoll innijiet ta’ Imperu bhal “Rule Britannia ” u”Britannia the pride of the Ocean”. Ommi wara sittin sena ftakret f’dawn l-innijiet u għallmithom lit-tifla tiegħi meta żaritha Ħad-Dingli!
Ħija ħasra li l-Innu “Tifħira lil Malta” li fih disa’ strofi kolha sbieħ għal aħħar jintesa’ għal dejjem Malta mhux ġebel tal-franka u baħar kaħlani hija magħrufa, iżda għandha ukoll kultura għonja li mhux tajjeb li nitilfu!