Friday, December 20, 2024

Inqabad bid-droga meta kien detenut fl-Isptar Monte Carmeli

Aqra wkoll

Michael Portelli ta’ 39 sena kien ikkundannat tliet xhur ħabs wara li nstab li kellu d-droga kannabis waqt li kien detenut fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli. 

Il-każ imur lura għall-11 ta’ Ġunju 2011. Dakinhar Portelli kellu viżta mit-tfajla tiegħu u meta din iż-żjara ntemmet, saret tfittxija fl-affarijiet li kienu ngħatawlu. 

Waqt it-tfittxija l-uffiċjali korrettivi nnutawh iżomm karta bajda f’idu u meta mistoqsi x’kien hemm fiha, huwa wieġeb li kienet “smoke”. Fil-karta kien hemm sustanza kannella. 

Mix-xhieda ta’ espert tal-Qorti, irriżulta li l-imputat kie instab fil-pussess tar-raża tal-kannabis, f’piż ta’ 0.39 grammi, b’purità ta’ madwar 7.5%.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qieset li l-ammont ta’ droga kien wieħed minimu u li r-reat twettaq meta l-imputat kien detenut fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli. Qieset ukoll il-fatt li huwa jinsab fit-triq tar-rijabilitazzjoni u li kien qed jiġi segwit mill-Aġenzija Sedqa.

Kien għalhekk li sabitu ħati u kkundannatu piena ta’ tliet xhur priġunerija effettiva. 

Ekonomija

Sport