Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu għal 988 hekk kif il-każi ta’ fejqan komplew jiżbqu l-każi ġodda.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 79 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 288 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 46 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija baqa’ 594 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt reġistrata relatata mal-Covid.
Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 1,234,688 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 339,653 kienu dożi tal-booster.