Thursday, May 9, 2024

Inqas minn nofs in-nies jemmnu li l-ħajja se tirritorna għal kif kienet qabel il-pandemija

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-stħarriġ li sar mill-Uffiċċju ta’ Dr Joseph Muscat u Sagalytics jgħid li minkejja rati għolja ta’ tilqim u minkejja l-effettività tat-tilqim, inqas minn nofs il-popolazzjoni Maltija temmen li ħajjithom se tirritorna għal kif kienet qabel il-pandemija.  L-istħarriġ juri li hemm livell konsiderevoli ta’ inċertezza u dan għax xejn inqas minn 20 fil-mija ta’ dawk li wieġbu l-isħarriġ mhumiex f’pożizzjoni li jiddeterminaw jekk in-normalità hix se nirritorna. L-istħarriġ jgħid li minn survey li sar minn HeathCare Insider juri li 70 fil-mija tal-popolazzjoni fl-Istati Uniti temmen li l-ħajja se tirritorna għan-normal fl-24 xahar li ġejjin, waqt li 30 fil-mija temmen li ħajjithom qatt mhi se tkun bħal dik li kienet qabel seħħet il-pandemija. 

L-istħarriġ juri li waqt li f’Lulju tas-sena 2021 kien hemm 48.2 fil-mija li kienu jemmnu li ħajjithom se tirritorna għal kif kienet qabel, f’Marzu tas-sena 2022, dan l-ammont tela’ bi ftit għal 48.5 fil-mija.

Waqt li f’Lulju tas-sena 2021 kien hemm 29.9 fil-mija li kienu jemmnu li ħajjithom mhix se tirritorna għan-normal, dawn telgħu għal 31.1 fil-mija f’Marzu ta’ din is-sena meta sar dan l-istħarriġ.   Dawk li ma jafux naqsu minn 21.9 fil-mija għal 20.4 fil-mija.

Iż-żgħażagħ jidhru li huma l-aktar ottimisti waqt li dawk li għandhom bejn 26 u 35 sena  huma l-inqas ottimisti fejn 4 minn 10 li wieġbu l-istħarriġ qalu li jemmnu li l-ħajja mhix se tirritorna għan-normal kif kienet qabel il-pandemija. 

Jekk wieħed jara liema żoni f’Malta huma l-aktar ottimisti wieħed isib dawk li jgħixu fin-nofsinhar tal-port huma l-aktar ottimisti, fejn hemmhekk hemm 60 fil-mija li jemmnu li l-ħajja se tirritorna għan-normal.  

Mill-banda l-oħra dawk fix-xlokk tal-ħajja għandhom persentaġġ ta’ 40 fil-mija f’dawk li jħossu li l-ħajja se tirritorna għan-normal.

Sport