Friday, April 18, 2025

“Inqattgħek u nieklok” 

Jhedded lis-sieħba tiegħu ħdejn il-Millennium Chapel

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena mill-Maċedonja ta’ Fuq baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li beżża’ u anke hedded lis-sieħba tiegħu. Hi tiġi omm it-tlett itfal tiegħu.

Skont dak li ntqal fil-Qorti, allegatament hu qallha li se jqattagha u jikolha. Hu kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.

Fil-Qorti r-raġel qal li ma jaħdimx filwaqt li kienet s-sieħba tiegħu li għamlet rapport lill-Pulizija dwar dak li kien seħħ.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara kienet ħierġa mill-Millennium Chapel f’San Ġiljan flimkien ma’ raġel ieħor. Intqal li l-akkużat mar fuqha u qallha li hi ma tistax tkun ma’ raġel ieħor. Huma kienu ilha f’relazzjoni għal għaxar snin sħaħ. 

Kien hawn li r-raġel beda jgħajjarha bi kliem dispreġġattiv u anke heddidha li joqtolha, iqattagħha u jikolha

Wara li beda jinstema l-każ, il-mara qalet li tixtieq li waqqa’ l-każ.

Waqt is-seduta, l-akkużat allegatament qal lill-avukat tal-għajnuna legali Dr Mark Mifsud Cutajar, li lagħbu.

Kien hawn li l-avukat Mifsud Cutajar talab lill-Qorti biex ma jidhirx għall-akkużat minħabba nuqqas ta’ fiduċja. 

Għalhekk, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil, appuntat avukat tal-għajnuna legali ieħor Silvan Pulis.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport