Monday, January 26, 2026

‘Inqis din l-esperjenza bħala opportunità biex inkompli navvanza fil-karriera tiegħi’ – Jere Vrcic

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Meta kont żgħir, missieri rreġistrani fi skola tal-futbol fil-belt tiegħi u minn hemm beda kollox.

Kif gejt tilgħab f’Malta?

Ġejt Malta sempliċiment għax għoġobni kollox dwar il-pjan ta’ Birkirkara FC. Inqis din l-esperjenza bħala opportunità biex inkompli navvanza fil-karriera tiegħi.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Birkirkara FC?

Jien grat lejn il-klabb u n-nies fil-klabb ta’ Birkirkara. Kulħadd laqagħni tajjeb ħafna. Inħares lejn din l-esperjenza bħala li qed nagħmel l-aħjar minn dan l-istaġun.

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti?

Kulma ili hawn Malta huwa perjodu qasir ta’ żmien biex nagħti l-opinjoni suġġettiva tiegħi, fejn kont involute f’żewġ logħbiet biss sa issa. Għalhekk nista’ ngħid li f’termini ta’ taħriġ, huwa professjonali ħafna u t-taħriġ huwa tajjeb ħafna.

U fuq ir-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

Jien sodisfatt bil-kundizzjonijiet, m’għandi l-ebda lment rigward dan.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma’ Hajduk Split?

Hajduk huwa l-klabb tiegħi li ħabbejt minn mindu kont żgħir, klabb kbir imma ma nixtieqx nitkellem dwar l-esperjenza tiegħi kollha kemm hi.

X’tikkummenta fuq il-gowl mill-isbaħ li kont skurjajt proprju ma’ Hajduk Split kontra AC Milan fil-UEFA Youth League?

Dak il-gowl se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tiegħi għal dejjem … jien onorat li skorjajt dak il-gowl!

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nemmen fija nnifsi u bl-għajnuna t’Alla m’għandi l-ebda dubju li kollox se jispiċċa tajjeb, imma ma nista’ nbassar xejn, sakemm inkun f’saħħti u mingħajr injury u se nkun tajjeb.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-parir tiegħi jkun li tagħmel dak li tħobb … hemm inġustizzji fl-isport, bħal fil-ħajja, imma taqtax qalbek għax qatt mhu tard wisq!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport