Illum qed ngħixu f’dinja digitali fejn it-tfal jużaw apparat multiplu biex jaċċessaw l-Internet minn età żgħira, b’xi tfal jieħdu l-ewwel passi tagħhom online saħansitra qabel ma jkunu jistgħu jaqraw jew jiktbu. L-importanza tal-edukazzjoni diġitali żdiedet ukoll bil-milja tal-Pandemija COVID-19. Il-pandemija gabet magħha sfidi ġodda fis-settur edukattiv, li qatt ma rajna bħalhom u żdiedet id-dipendenza fuq it-teknoloġija tal-komunikazzjoni. Kien għalhekk li l-Unjoni Ewropea ppublikat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (2021-2027) li permezz tiegħu qed tappoġġja l-adattament sostenibbli u effettiv tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Istati Membri tal-UE għall-era diġitali.
Kien għalhekk li l-pandemija kienet biss pretest biex il-Gvern Laburista ikompli jsahhah il-vizjoni tieghu fis-settur edukattiv. Tassew il-mitt idea tal-Partit Laburista, Il-viżjoni ekonomika tal-Gvern għall-10 snin li ġejjin u dokumenti oħra ppubblikati riċentament komplew itennu r-rieda tal-gvern biex isaħħaħ is-settur edukattiv lokali. Iva. Għax il-gvern fil-baġit li ġie mħabbar fl-24 ta’ Ottubru reġa’ saħaq fuq ir-rieda tiegħu li jagħti prijorità lill-edukazzjoni. Edukazzjoni mhux biss għal uliedna imma edukazzjoni li ser tiffoka fuq reskilling u upskilling tar-riżorsi umani taghna. Fuq kollox, edukazzjoni diġitali li ser tgħin biex is-soċjetà Maltija verament tkompli tavvanza fil-kapacitajiet tagħha u biex verament tilħaq il-htigijiet ta’pajjizna. Edukazzjoni digitali li ser tgħin bien tilħaq lill kulhadd u biex tkun aċċesibbli ghal kulħadd. Edukazzjoni digitali mmirata li tara li l-gvern indirizza b’mod konkret l-problema ta’ nuqqas ta riżorsi umani f’setturi kritiċi inkluż is-settur tal-catering u s-settur finanzjarju fast l-oħrajn.
Pass importanti minn-naħa tal-gvern f’kuntest tal-sfidi li pajjiżna qed jiffaċċja konsegwenza ta’ nuqqas ta’ riżorsi umani, f’kuntest ta’ Malta li qed tkompli tikber f’niċeċ importanti inkluż l-avjazzjoni u s-settur digitali. Pass importanti f’kuntest ta’ gvern li qed jishaq fui l-importanza tal-inovazzjoni. Pass importanti f’kuntest ta’ Malta li tkompli tistinka biex tkun centru ta’ eccellenza.