Tuesday, January 14, 2025

Instabbilità fiċ-ċentru tal-Mediterran… Nistennew riħ forza ta’ rifnu

Aqra wkoll

Iċ-ċentru tal-Mediterran qiegħed jintlaqat minn instabilità (pressjoni baxxa) li kawża ta’ dan qegħdin jistennew jiem ta’ xita u anke riħ qawwi ħafna.

Fl-ewwel ftit sigħat ta’ dan il-maltemp, Għawdex diġà ħa aktar minn 11mm bħala medja ta’ xita, fejn Malta ħadet ftit inqas b’medja ta’ 1.8mm.

L-instabbilità fiċ-Ċentru tal-Mediterran se tkompli tippresisti fil-jiem li ġejjin u dan jidher ċar li sa nhar is-Sibt li ġej hemm ċans kbir ta’ xita.

Illum it-temp mistenni li jkun bix-xita mal-jum li tkun moderata speċjalment wara nofsinhar. Ir-riħ hu mill-Grigal forza 4 li jitla’ forza 6 wara nofsinhar fejn wara l-4.00pm jista’ jmiss forza 7.

Għada l-Erbgħa, it-temp jibqa’ ftit imsaħħab bil-possibilità tax-xita filwaqt li l-Ħamis imbgħad jisbaħ imsaħħab li jissaħħab ħafna waranofsinhar bix-xita filgħaxija. Dakinhar, ir-riħ ikun mil-Lvant forza 3 għal 4 li jitla’ forza 5 għal 6 filgħaxija.

Il-Ġimgħa imbgħad nistennew maltempata. Riħ qawwi għal qawwi ħafna mix-Xlokk li jilħaq forza ta’ rifnu forza 8 u bix-xita li tista’ tkun moderata matul il-jum.

Is-Sibt ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u bil-possibilità ta’ xi xita tard filgħaxija. Imbgħad il-Ħadd is-sitwazzjoni tinbidel hekk kif ir-riħ ikun varju forza 2.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport