Instagram qed jinvestiga profili maħluqa bl-AI li jissesswalizzaw persuni b’diżabilità
Il-kumpanija prinċipali ta’ Instagram, Meta, bdiet investigazzjoni dwar accounts maħluqa bl-intelliġenza artifiċjali li qed jissesswalizzaw persuni b’diżabilità.
L-investigazzjoni bdiet wara li l-BBC identifikat diversi profili li nstab li kienu ġġenerati bl-AI u li kienu jippubblikaw kontenut ta’ nisa b’diżabilità b’mod sesswalizzat. Fost dawk, hemm il-kundizzjoni tad-Down Syndrome u l-kundizzjoni tal-Vitiligo, li taffettwa l-ġilda.

