Saturday, November 23, 2024

“Insult għal kull min ħadem kontra l-Covid-19, għal kull min marad u min miet” … Tabib bi kliem iebes dwar iċ-ċelebrazzjonijiet fuq il-Fosos

Aqra wkoll

It-Tabib Michael Spiteri mid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei kellu kliem iebes fil-konfront taċ-ċelebrazzjonijiet li lbieraħ filgħaxija żvolġew fuq il-Fosos tal-Floriana hekk kif it-tim ta’ Floriana ġew dikjarati champions tal-Premier League Malti.

Mijiet ta’ persuni nġabru fuq il-Fosos biex jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat minkejja l-appelli kontinwi mill-awtoritajiet tas-saħħa biex il-poplu jibqa’ josserva l-miżuri meħtieġa ta’ social distancing biex tiġi evitata l-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna.

“Il-professjonisti mediċi kollha jaqblu li l-ġbir ta’ mijiet ta’ persuni mingħajt ebda social distancing kien, għadu u se jibqa’ riskju li kull min għandu ftit sens ma jiħux,” tenna t-Tabib spiteri.

Huwa żied jgħid li “minkejja li huwa apprezzat, iċ-ċapċip waħdu mhux se jkun qed jagħmel id-dinja post aħjar fejn ngħixu”. Dan filwaqt li appela għar-responsabbiltà soċjali.

Huwa temm jgħid li “dak li assistejna għalih illejla huwa insult għal kull min ħadem kontra l-Covid-19, għal kull min marad u min miet kaġun tal-virus.”

Sport