Matul il-ġurnata tal-bieraħ u anke dalgħodu, komplew għaddejjin il-messaġġi u anke ssir pressjoni minn attivisti Nazzjonalisti biex Alex Borg u Franco Debono jikkontestaw it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
“Int imiss issa Alex, kollox f’idejk”, “Alex int bix-xieraq li tkun il-mexxej il-ġdid tal-PN,” kienu fost il-mijiet ta’ messaġġi li rċieva Borg fuq il-midja soċjali.
Min-naħa tiegħu Franco Debono wkoll kellu ħafna messaġġi jħeġġuħ biex jikkontesta. Uħud kitbu “Ejja minn hemm Dr Debono… int l-aqwa għażla!” u “Go for it Franco you deserve it”.