Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Parlamentari indirizza domanda lil MInistru Carmelo Abela u staqsieħ “tista’ tgħidilna x’għamilt inti biex dawn il-flus f’korruzzjoni mill-wind farm fil-Montenegro jiġu rkuprati lura?”.
Il-Ministru Carmelo Abela wieġbu li “għandna istituzzjonijiet li qed jaħdmu” u dan fost ibbuwjar mid-Deputati Nazzjonalisti. Il-Ministru Abela qal li l-aħjar ħaġa li ssir hi dik li l-Parlament iħalli l-istituzzjonijiet jaħdmu. Spjega li “dak li jiġi diskuss fil-Kabinett hu prassi ta’ kull gvern li ma jiġix diskuss fil-pubbliku. Staqsa x’għamilt jien bħala Ministru fil-gvern. Dak li nagħmel qiegħed fil-pubbliku u qiegħed għall-iskrutinju ta’ kulħadd”.