Sunday, November 24, 2024

Inter eliminati mill-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Atletico Madrid u Borussia Dortmund għaqqdu l-kwadru tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions Lea­gue meta fit-tieni leg tal-Aħħar 16, għelbu lil Inter u lil PSV Eindhoven rispettivament … meta ngħaqdu ma’ Arsenal, Barcelona, Ba­yern Munich, Manchester City, Paris St-Germain u Real Madrid. 

Atletico Madrid…… 2

Inter…………………. 1

(Aggregate: 2-2)

(Atletico 3-2 bil-penalites)

Atletico Madrid għaddew mal-aħħar tmienja wara li għelbu lil Inter 3-2 bl-għoti tal-penalties wara li temmew b’aggregate ta’ 2-2.

Wara bidu veloċi, kienu Inter li fetħu l-iskor, fit-33 minuta, meta Federico Dimarco kkonkluda mill-pass ta’ Nicoló Barella. Iżda minuta wara, Atletico kisbu d-draw meta Antoine Griezmann xeħet fix-xibka megħjun minn dev­jazzjoni.

Il-partita saret waħda miftuħa u sabiħa fejn setgħet marret kull naħa.

Wara li fl-aħħar 10 minuti Marcus Thuram falla ċans faċli għal Inter, kien Memphis Depay (87) li salva r-riżultat għal Atletico biex il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.

Bir-riżultat ma jinbidilx, Atletico ttrijonfaw bl-għoti tal-penalties.          

Borussia Dortmund…. 2

PSV Eindhoven……….. 0

(Agg: Borussia M. 3-1)

Borussia Dortmund ikkwalifikaw għall-kwarti-finali meta għelbu lil PSV Eindhoven bl-iskor ta’ 2-0 għal aggregate ta’ 3-1.

Huma ma setgħux kel­lhom bidu aħjar meta wara biss tliet minuti fetħu l-is­kor meta minn tarf il-kaxxa, Jadon Sancho pplejsja l- bal­lun fix-xibka. 

Peró mal-ħin, l-Olandiżi  għamlu reazzjoni u wieġbu permezz ta’  Hirving Lozano, u Luuk de Jong

Fis-77 minuta, Borussia kellhom goal ta’ Niclas Fullkrug imħassar għal offside … iżda Marco Reus (94) għalaq il-partita minn kontrattakk.

Sport