Saturday, January 4, 2025

Inter fil-finali tal-Super Cup b’rebħa fuq Atalanta

Aqra wkoll

Inter huma l-ewwel finalisti tas-Super Cup Taljana meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-0. Fil-finali, li se tintlagħab nhar it-Tnejn li ġej, jiltaqgħu kontra r-rebbieħ tal-lum bejn Juventus u Milan. 

Dan il-mini-tournament qed jintlagħab, fl-Al-Awwal Park Stadium, f’Riyadh, fl-Arabja Sawdija. 

Dan il-konfront kien wieħed eċċitanti liema rebħa tan-Nerazzurri mmaturat fit-tieni taqsima. 

Iżda anke qabel il-mistrieħ, Inter setgħu skorjaw iżda sabu lill-goalkeeper, Marco Carnesecchi, f’burdata mill-aqwa fejn ċaħħad lill-attakkant Arġentin,  Lautaro Martinez, diversi drabi.

Madankollu, it-team immexxi mill-coach, Simone Inzaghi, fetaħ l-iskor fid-49 minuta minn Denzel Dumfries wara azzjoni ta’ corner. U proprju fil-61 minuta, l-istess player rdoppja permezz ta’ kanunata minn tarf il-kaxxa bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel jintemm fix-xibka.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport