Inter qegħdin f’taħditiet mad-difensur ċentrali Ġermaniż Yann Bisseck sabiex iġeddulu l-kuntratt tiegħu sas-sena 2029. Dan tal-aħħar ġie akkwistat min-Nerazzurri mingħand Aarhus fis-sena 2023. Hu għandu 23 sena u għamel progress kbir tul dawn l-aħħar xhur. Ma’ Inter hu lagħab 23 partita u skorja żewġ gowls.
Għal Bisseck dan hu mument tad-deheb hekk kif hemm ċans kbir li jiġi mgħajjat mill-kowċ tat-tim nazzjonali Ġermaniż Julian Nagelsmann.