Friday, October 18, 2024

Inter interessati f’Benjamin Pavard

Aqra wkoll

Wara li fallew milli jakkwistaw is-servizzi ta’ Lazar Samardzic, Inter issa xeħtu ħarsithom fuq id-difensur ċentrali Franċiż Benjamin Pavard. Dan tal-aħħar għandu kuntratt ma’ Bayern Munich sas-sena d-dieħla għalkemm mhux beħsiebu jġedded magħhom. 

Inter qed joffru s-somma ta’ €25 miljun għalih għalkemm it-tim mill-Bavarja jrid €10 miljuni iktar.

I Nerazzurri jridu joqogħdu attenti wkoll minn Manchester United li wkoll qed jiġru wara l-firma taċ-champion tad-dinja Franċiż fl-2018.

Sport