Saturday, December 14, 2024

Inter iridu jbiegħu lil André Onana biex jixtru lil Romelu Lukaku

Aqra wkoll

Bħalissa l-clubs tas-Serie A qed jippreparaw għas-suq tat-trasferimenti tas-sajf li fl-Ewropa għandu jibda s-Sibt li ġej, l-1 ta’ Lulju, meta qed jissemmew kemm il-players kif ukoll is-somom involuti.

Skond il-media Taljana, Inter qed jippjanaw li jbiegħu lill-goalkeeper André Onana lil Manchester United għal €50 miljun u jużaw il-flus biex jiffirmaw lil Romelu Lukaku bi trasferiment permanenti mingħand Chelsea peress li l-Blues mhux se jaqblu ma’ ftehim ġdid ieħor ta’ self.

Madwar San Siro, ir-rivali tal-belt tagħhom, Milan, jinsabu f’taħditiet avvanzati biex jiffirmaw lill-midfielder Ruben Loftus-Cheek mingħand Chelsea biex jieħu post Sandro Tonali li se jmur ma’ Newcastle, u qed iżommu għajnejhom fuq Tijjani Reijnders ta’ AZ Alkmaar u Arda Guler, il-midfielder offensiv ta’ 18-il sena b’kuntratt mingħand Fenerbahce. Huwa għandu klawsola ta’ €17-il miljun inkluża fil-kuntratt tiegħu.

Juventus jibżgħu li jitilfu lil Adrien Rabiot lil Manchester United bil-midfielder Franċiż huwa rappurtat li jitħajjar jingħaqad mar-Red Devils bħala aġent ħieles fi tmiem il-kuntratt tiegħu fit-30 ta’ Ġunju.

L-istilla ta’ Lazio, Sergej Milinkovic-Sa­vic, huwa l-prijorità ta’ Massimiliano Allegri biex jieħu post Rabiot, iżda SMS se jiswa xejn inqas minn €40 miljun bil-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju tal-2024.

Ekonomija

Sport