L-ogħla awtoritajiet ta’ Inter qed jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt ta’ Alessandro Bastoni, id-difensur żagħżugħ li baqa’ juri logħob konsistenti matul dan l-istaġun.
Id-diriġenti Nerazzurri se jiltaqgħuma’ Tullio Tinti li hu aġent tad-difensur. L-intenzjoni tiegħu hu li jiġġedded il-kuntratt sa Ġunju 2027 filwaqt li jaqla’ €3.5 miljun aktar fis-salarju tiegħu. Minkejja kollox, Bastoni qed jitlob żewġ miljuni iktar.
Bastoni għandu 23 sena u ilu ma’ Inter sa mis-sena 2017 fejn lagħab 108 partiti u skorja tliet gowls.