Saturday, July 5, 2025

Inter iridu jiffirmaw lil Ricard Rios

Aqra wkoll

Jidher li Inter għamlu l-ewwel kuntatt mal-klabb Brażiljan ta’ Palmeiras biex jinfurmaw ruħhom dwar is-servizzi tal-midfielder Kolombjan Ricard Rios, meqjus bħala suċċessur possibbli ta’ Hakan Calhanoglu fiċ-ċentru tal-grawnd. Il-klabb Taljan staqsa dwar il-plejer imwieled fl-2000, li għandu kuntratt sal-2028 bi klawsola ta’ rilaxx ta’ madwar 100 miljun dollaru.

Minkejja din il-klawsola, Palmeiras jidhru li huma lesti jibda negozjati bi prezz li jibda minn 25 miljun dollaru (madwar 21.2 miljun ewro).

Rios, li diġà lagħab 34 logħba matul dan l-istaġun u skorja erba’ gowls, qajjem ukoll l-interess ta’ diversi klabbs fil-Premier League bħal Tottenham, Nottingham Forest u Everton.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport