Hekk kif Milan Skriniar dejjem qed jitbiegħed minn Inter u eventwalment mistenni jitlaqhom fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, id-diriġenti Piero Ausilio u Beppe Marotta qed jaħsbu sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder difensiv ta’ Bayern Munich Benjamin Pavard. Dan tal-aħħar hu plejer internazzjonali Franċiż li għandu kuntratt mat-tim mill-Bavarja sas-sena 2024.
Hekk kif i Nerazzurri qegħdin iħabbtu l-bieb, it-tim minn Munich qed jaħseb sabiex iġeddidlu l-kuntratt u jxejjen kull tentattiv tat-tim Taljan li jakkwistawh.