Inter qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ Manchester United Donny van de Beek matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ġie mblukkat milli jitlaq minn Old Trafford matul is-sajf, bil-manager tar-Red Devils Ole Gunnar Solskjaer jinsisti li l-midfielder kien parti mill-pjanijiet tiegħu dan l-istaġun.
Van de Beek lagħab biss 51 minuta għar-Red Devils fl-istadji bikrija tal-istaġun 2021-22, inklużi biss sitt minuti fil-Premier League.
L-internazzjonali Olandiż huwa mistenni li jitlaq il-club f’Jannar jekk is-sitwazzjoni tiegħu tibqa’ l-istess, u Inter huma interessati fl-ex midfielder ta’ Ajax.
Iċ-champions Taljani qed iħejju offerta għalih f’Jannar, bir-Red Devils huma maħsuba li jistagħu iċeduh fil-bidu tal-2022.
Van de Beek, li għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu f’Old Trafford, skorja goal u pprovda żewġ assists fi 38 dehra għal Man United fil-kompetizzjonijiet kollha.