Inter jinsabu ferm viċin li jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Amerikan Folarin Balogun. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u jinsab reġistrat ma’ Arsenal għalkemm lagħab biss darbtejn magħhom mill-2020 ‘l hawn. Fil-fatt, l-eks plejer ta’ Aldersbrook kien fuq perjodu ta’ self ma’ Middlesbrough u aktar tard ma’ Reims fi Franza.
Balogun irid imur jilgħab man-Nerazzurri u qed jittama li l-aġent tiegħu jasal fi ftehim sabiex jinħall mill-kuntratt li għandu mal-Gunners.