Inter qed isegwu b’attenzjoni l-kundizzjoni medika tal-plejer Pollakk tagħhom Piotr Zielinski li weġġa’ fil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Monza. Hu waqa’ ħażin mal-art u kien jeħtieġlu li joħroġ mill-grawnd.
Fl-ewwel konsulta li kellu mat-tobba, jingħad li jrid jibqa’ barra mil-logħob għal madwar xahrejn u għalhekk hu mistenni jkun tajjeb lejn l-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Zielinski għandu 30 sena u lagħab 22 logħba man-Nerazzurri filwaqt li skorja żewġ gowls.