Skont dak li rrappurtat ġurnal Ġermaniż, Inter reġgħu wrew interess fid-difensur tal-Bayern Munich u eks-plejer tan-Napoli, Kim Min Jae.
Madankollu, biex jikkompetu għall-firma tiegħu hemm ukoll AC Milan, li hu ugwalment interessat fil-plejer Korean. Kim jidher li jkun kuntent li jerġa’ lura l-Italja biex jerġa’ jsib iċ-ċans li donnu tilef fil-Ġermanja.
Kim Min Jae twieled fil-Korea t’Isfel fl-1996. Huwa difensur ċentrali magħruf għall-qawwa fiżika, il-ħila tattika u l-abbiltà tiegħu fil-bidu tal-azzjoni minn wara. Wara esperjenzi fil-Korea u fit-Turkija ma’ Fenerbahçe, ingħaqad ma’ Napoli fl-2022 fejn kien figura kruċjali fit-titlu tal-Serie A 2022-2023.
Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh għal trasferiment ma’ Bayern Munich, fejn iżda qed isibha diffiċli jżomm postu bħala plejer regolari.

