Inter qed isibu intoppi kbar sabiex jakkwistaw il-firma tad-difensur ċentrali Ġermaniż Yann Bisseck. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u bħalissa qed jilgħab fid-Danimarka ma’ Aarhus.
Bisseck bħalissa qiegħed mat-tim nazzjonali Ġermaniż ta’ taħt l-21 sena li qed jilgħab fil-kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija.
L-aġent tal-plejer qed jistenna tmiem dan il-kampjonat sabiex jiffissa l-prezz għalih u fuq kollox jara wkoll aktar klabbs li potenzjalment joffru l-prezz tagħhom.