Inter ikkonfermaw il-firma tal-attakkant internazzjonali Iranjan Mehdi Taremi. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u spiċċalu l-kuntratt li kellu ma’ Porto fil-Portugall.
Fl-ewwel kelmiet tiegħu mal-mezzi tax-xandir Taljani, Taremi qal li t-trasferiment tiegħu ma’ Inter hi ħolma li saret realta’. Hu qal li se jipprova jgħin sabiex i Nerazzurri jkunu forza mhux biss fl-Italja iżda wkoll fl-Ewropa.
Taremi skorja 64 gowl f’122 logħba ma’ Porto.